Social Services

Sigurta’ Soċjali

Bi ftehim mad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Għad-Dawl qed tlesti d-dokumenti meħtieġa tal-priġunieri li jkunu wasslu biex itemmu s-sentenza tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja fl-ewwel ġranet kif joħorġu mill-ħabs. Qabel dan il-ftehim, l-eks priġunieri kienu jridu jistennew madwar sitt ġimgħat biex jibdew jirċievu l-għajnuna.