Amnestija lill-prigunieri – 4/6/13

It-Tlieta 4 ta’ Gunju 2013 il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl kienet fost il-mistednin li attendew fil-habs ghac-cerimonja ta’ rikonoxximent ghal dawk il-prigunieri u ufficjali li kkontribwew fl-ikbar Christmas Log li dahlet fil-Guiness World Record.

Matul din ic-cerimonja l-Ministru Mallia habbar li se tinghata Amnestija lill-prigunieri.  L-ghada, fil-Parlament, habbar li l-mahfra kienet se tkun ta’ 100 gurnata. L-amnestija se tinghata anke lill-persuni li qeghdin fuq arrest imma mhux se tinghata lill-priġunieri li wettqu reati kontra persuni taħt l-età u tfal, u dawk li qegħdin il-ħabs fuq stupru jew traffikar ta’ persuni.

MDD minn dejjem sahqet li hi favur li l-prigunieri jinghataw amnestija..

Rizultat ta’ din il-mahfra, ic-chairperson ta’ MDD, is-Sur George Busuttil kien mistieden f’diversi programmi tat-Televizjoni u sahaq li MDD ghalkemm taqbel mal-mahfra, thoss li r-riforma fil-habs hi l-aktar haga importanti.