Laqgha mas-Segretarju Parlamentari fuq il-Gustizzja

Nhar it-Tnejn 13 t’Awwissu, rapprezentanza minn MDD ghamlu zjara fil-Ministeru tal-Gustizzja, li jinsab triq it-Tezorerija, il-Belt u ltaqghu mal-Onorevoli Dr Owen Bonnici u mieghu iddiskutew xi titjib li nixtiequ naraw fis-sistema Legali ta’ pajjizna. Fost l-affarijiet li gew diskussi nsemmghu d-dewmien ezagerat fil-kawzi, il-ligi tal-Parole, il-kwistjoni tal-Ghomor fil-habs u l-problemi li qed tohloq il-ligi tal-kondotta kif inhi. Is-sur Busuttil, f’isem MDD kellu wkoll kliem ta’ apprezzament ghall-fatt li qed issir konsultazzjoni pubblika fuq is-sistema tal-Gustizzja specjalment wara li diga hargu 2 rapporti mill-kummissjoni ghal riforma holistika fil-qasam tal-Gustizzja. Il-laqgha hadet madwar tliet kwarti.