Party tal-Milied fil-YOURS

Il-Hadd 5 ta’ Jannar 2014 l-ghaqda MDD organizzat  party lil 14-il zaghzugh li hemm bhalissa fil-YOURS. Kienet esperjenza sabiha fejn stajna niltaqghu ma’ dawn il-guvintur u naqsmu maghhom l-esperjenzi taghna u kliem ta’ kuragg. Ovvjament l-ikel, ix-xorb, id-diski u z-zfin ma naqsux u dawn holqu atmosfera mill-isbah. Din kienet l-ewwel darba li l-party sar fit-taqsima l-gdida, fl-Imtahleb (fejn qabel kien is-SATU) u deher bic-car li kien hemm bidla positiva fiz-zaghzagh. Ta’ min isemmi li l-party originarjament kellu jsir fit-3 ta’ Jannar pero’ minhabba nuqqas ta’ ftehim il-party gie pospost. Hajr specjali jmur ghad -Direttur tal-Habs, ghal Ms Joanne Battistino u ghall-ufficjali kollha  li laqghuna u ghenuna bl-ahjar mod anke meta nbidlet id-data fl-ahhar hin. Hajr ukoll lill-kantanti Olivia Lewis u il-Hooligan li gew dakinhar li l-party gie pospost, ghalkhemm sfortunatament ma setghux jattendu il-Hadd. MDD tiringrazzja lil kull min jghinna biex intellghu dawn l-attivitajiet, waqt li tawgura lil 14 – il zaghzugh li hemm bhalissa fil-YOURS.