Laqgha ta’ MDD mal-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta’ Socjali

It-Tlieta 3 ta’ Gunju, delegazzjoni ta’ MDD iltaqghet mal-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta’ Socjali, Dr. Michael Farrugia, fl-ufficcju tieghu, Palazzo Ferreria, il-Belt. F’din il-laqgha, l-Ministru wera aprezzament ghax-xoghol li MDD twettaq fil-qasam socjali u mieghu iddiskutejna temi bhal ma huma l-pensjoni tal-habsin li tigi michuda fiz-zmien ta’ inkarcerazzjoni, is-servizzi socjali, skemi ezistenti biex tigi ndirizzata l-problema tal-faqar u d-djar li fihom nilqghu eks prigunieri li ma jkollhomx post fejn joqoghdu. F’din il-laqgha gie diskuss ukoll progett li jista’ jsir minn MDD flimkien mal-familji tal-prigunieri biex nghinu kemm lill-prigunieri kif ukoll lill-familji taghhom hekk kif tkun se tintemm is-sentenza u l-prigunier jirritorna fil-familja.