Konferenza f’Gheluq l-20 sena ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl.

Is-Sibt 18 t’April il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fakkret l-20 sena servizz fil-Habs permezz ta ta’ Konferenza li saret fil-Kappella Russa, il-Palazz ta’ Sant Anton.

Il-Konferenza  saret bl-ghajnuna tal-President ta’ Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, li gentilment offritilna l-post u ghalqet il-konferenza b’indirizz li fih fahhret il-hidma tal-NGO’s fil-habs, b’mod specjalment tal-ghaqda MDD.

F’ din il-konferenza, miftuha b’ indirizz mic-Chairperson tal-Fondazzjoni Mr. George Busuttil,  MDD prezentat ukoll studju fuq il-kors ” Bahaviour and Skills Managment”  li sar ma madwar 24 resident fil-habs ta’ Kordin bejn Settembru u Dicembru 2014 . Tkellmu fuq dan il-progett Ms.Roberta Holland, psikologa tal-Habs u Ms.Tanya Caruana, il-kordinatrici  tal-progett. Tkellmu ukoll it-”tutors” li hadmu mar-residenti :  Mr Ray Cacciattolo ( Yoga) ; Mr.  Mark Lewis ( Physical  Training ) ; Ms Fleur Bianco (Psychology ) u Mr Narcy Calamatta (Drama). Fil-kors hadu sehem ukoll Mr Fabio Spiteri (Physical Training) u Ms Josette Ciappara (Motivational Talks). Kull min attenda ghall-konferenza  inghata ktieb bl-istudju tal-kors.

Fil-konferenza tkellem ukoll il-Ministru tal-Intern Dr. Carmelo Abela u s-Shadow Minister  Dr Beppe Fenech Adami li fahhru il-hidma ta’ MDD u tal-NGO’s. Tkellmu ukoll 2 residenti li  hadu sehem fil-kors, residenta barranija u eks-prigunier Mr. Etienne Carter. Id-diskors tal-okkazjoni sar minn Patri Mark Montebello, Direttur ghal zmien twil ta’ MDD li sahaq fuq l-umanita’ li jahdmu biha l-NGO’s u li l-Habs ghandu ikun qabel kollox ” Post terapewtiku”.

Prezenti ghail-konferenza kien hemm id-direttur tal-Habs Simon Buttigieg, l-Assistent Direttur Mariella Camilleri, voluntiera u diversi hbieb ta’ MDD.

Il-konferenzza li bdiet fid-9:30 u ntemmet fis-13:00 ghalqet b’ riceviment fil-gnien ta’ hdejn il-Kappella Russa.