10 t’Awwissu: Gurnata dedikata ghall-Gustizzja mal-Prigunieri

 

 

Xi pajjizi madwar id-dinja jzommu l-10 ta’ Awwissu bhala l-gurnata tal-“Gustizzja ghall-Prigunieri”. F’dan il-jum prigunieri f’dawn il-pajjizi b’diversi modi juru solidarjeta’ ma’ dawk il-prigunieri li qeghdin ibatu minn kull forma ta’ ingustizzja fil-konfront taghhom.

 

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tinghaqad maghhom u tfakkar li il-prigunieri mizmuma fil-habs ta’ Malta ukoll ibatu minn nuqqasijiet u nuqqas ta’ gustizzja fil-konfront taghhom bhal:

* Processi fil-qorti li ma jibdewx u jintemmu fi zmien ragonevoli.

* Rapprezentanza minn avukati tal-ghajnuna legali ta’ livell li jista’ jkun hafna ahjar.

* Celel li m’humhiex tajbin biex fihom jinzammu n-nies.

* In-nuqqas ta’ medicini lil min huwa car li ma jistax jixtrihom.

 

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tinnota li ghalkemm jidher li hemm rieda li l-problemi tal-habs ikunu solvuti hemm problemi, bhal uhud minn dawn li semmejna, li jistghu jigu solvuti mill-lum ghal ghada.