Father’s Day fil-Habs

Fl-10 ta’ Gunju saret attivita’ organizzata min MDD biex flimkien mal-prigunieri irgiel niccelebraw l-okkazjoni tal-Father’s Day.

Din l-attivita kienet ipprezentata minn Svetlana Muscat bil-partecipazzjoni ta’ diversi kantanti maltin bhal Ira Losco, Freddie Portelli, Kaya, Michaela, Hannah Azzopardi, Odessa Green u Christian Arding.

Nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lil dawn il-kantanti li taw spettaklu sabih hafna. Nixtiequ nirringrazzjaw lil Manuel Balzan li flimkien ma MDD ha hsieb li tittella’ din l-attivita. Rigrazzjament imur ukoll ghal-band tal-CCF li daqqew mal-kantanti kif ukoll ma’ Gonzalo, prigunier li kanta anke bl-Ispanjol.

Kien hemm ukoll ikel u xorb u ta dan ukoll nghidu grazzi lill-prigunieri li hadu hsieb it-tqassim tal-ikel u l-armar tal-bitha ghall-okkazjoni.

L-ahhar ringrazzjament specjali imur ghad-Direttur, l-Assistent Direttur u diversi ufficjali li kkollaboraw maghna u li bis-sahha taghhom setghet issir din l-attivita. Grazzi lid-Direttur ghall-inkoraggiment li tana u nittamaw li jkollna aktar attivitajiet simili