Konferenza – Tfal, Gustizzia, Kriminalita’,

Il-Konferenza Pubblika organizzata mill-fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl fis-6 ta’ Mejju, bl-isem Tfal Gustizzja’ Kriminalita’ kienet success kemm mil-lat ta’ attendenza kif ukoll mil-lat ta’ partecipazzjoni. Dis-sena l-konferenza kienet iccentrata fuq it-tema tar-relazzjonijiet bejn il-prigunieri u t-tfal taghhom u kif sentenza ta’ habs tolqot mhux biss lill-prigunier izda anke lil dawk ta’ madwaru b’mod specjali t-tfal tieghu. F’dinil-konferenza Dr.Marilyn Clark tkellmet fuq il-fatturi li jwasslu biex tfal u minuri jkunu f’riskju akbar ta’ kriminalita’ u anke fuq metodi ta’ prevenzjoni. Dr. Ruth Farrugia tkellemet aktar fuq ir-relazzjonijiet bejn il-prigunieri u t-tfal taghhom u x’ligijiet hemm b’mod specjali fl-Ewropa li jiddefendu d-drittijiet tat-tfal. Dr. Anna Maria Vella gabet numru ta’ ezempji biex turi li t-tfal kwazi dejjem jispiccaw vittmi meta genitur jew il-genituri taghhom jispiccaw il-habs. Il-Kummissarju tat-tfal, Ms. Helen D’Amato li kienet ukoll prezenti ghall-konferenza ghalqet billi accennat mill-gdid fuq l-importanza li jkollna sistemi fejn it-tfal ma jkunux vittmi f’cirku vizzjuz li jmur anke generazzjonijiet ‘il boghod.

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl prezentat ukoll studju li sar ma’ 78 prigunier (nisa u rgiel) li huma lkoll genituri. F’dan l-istudju li hu wiehed uniku ghall-gzejjer Maltin, Dr. Nicholas Valenzia, segretarju tal-Fondazzjoni wera kemm il-kuntatt tal-prigunieri u t-tfal taghhom b’mod specjali fil-habs ta’ Kordin hu nieqes kif ukoll ghajnuniet bhal counselling u anke postijiet attrezzati biex isir hin ta’ kommunikazzjoni u relazzjoni bejn il-prigunieri u t-tfal taghhom hu nieqes ghal kollox. Il-fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl, temm jghid Dr. Valenzia temmen li t-tfal mhux biss m’ghandhomx ikunu vittmi imma ghandhom ikunu strumentali fir-riabilitazzjoni tal-prigunieri.