White Paper dwar Riforma tal-Ligijiet Dwar id-Drogi tal-Abbuz
L-ewwel reazzjoni tal-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl ghall-White Paper dwar Riforma tal-Ligijiet Dwar id-Drogi tal-Abbuz hija wahda pozittiva. Il-Fondazzjoni tinnota l-emfazi ta’ din il-white paper li tghid li m’ghandniex nibqghu nikkastigaw nies dipendenti fuq id-droga izda ghandna nghinuhom biex ikollhom trattament ahjar. Kif inhu mistenni, l-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fil-granet li gejjin se tkun qeghda tistudja aktar fil-fond din il-White Paper u tghaddi l-kummenti u s-suggerimenti taghha lill-Ministeru tal-Gustizzja