Konferenza fuq il-Habs

 Il-Gimgha 31 ta’ Mejju, il-Fondazzjoni MDD organizzat konferenza fejn is-segretarju parlamentari Owen Bonnici responsabbli mill-Ministeru tal-Gustizzja gie mistieden biex jitkellem fuq il-Habs u l-Prigunieri. Originarjament il-Kelliem ewlieni kellu jkun il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Dr.Manwel Mallia, pero’ minhabba impenji ta’ safar ma setax jattendi. Ghal din il-konferenza attendew numru mdaqqas ta’ familjari tal-prigunieri u staqsew fuq diversi temi bhal: ghomor il-habs, il-parole, l-amnestija, l-iffullar fil-habs, il-barranin u n-nuqqas ta’ servizzi b’mod specjali s-sahha. Xi familjari anke rrakkontaw l-esperjenzi u t-tbatijiet li ghaddejjin minnhom. George Busuttil, f’ isem MDD  sostna l-impenn tal-ghaqda sabiex il prigunier jibqa’  jzomm id-dinjita’ tieghu.