Mewt fil-Habs…

1 t’April 2013
 Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tixtieq turi soghba ghall-mewt ta’ Joseph Camilleri li grat illum, wara li hassu hazin il-habs. Tixtieq ukoll twassal il-kondoljanzi taghha lill-qraba tieghu kollha.
Minbarra dan theggeg lill-awtoritajiet biex jaraw li kull inkjesta’ li tista’ tinfetah fuq dan il-kaz tkun mitmuma fi zmien ragjonevoli u li r-rizultat ikun ippubblikat. Dan ghandu jghodd ukoll ghal kull inkjesta’ ohra, li nfethet wara li gara xi haga fil-habs, u ghal xi raguni ghadha ma nghalqitx.
B’hekk biss nistghu, bhala poplu, nserrhu rasna li fil-habs l-affarijiet qeghdin isiru bis-serjeta’.
Grazzi hafna
George Busuttil
Chairperson
Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl.