Press Release f’okkazzjoni tal-gradwazzjoni tar-residenti ta’ San Blas
Il-fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl bi pjacir tilqa’ l-kummenti li l-President ta’Malta, Dr. George Abela ghamel fl-okkazzjoni tal-gradwazzjoni ta’ numru ta’ residenti ta’ San Blas. MDD temmen f’tigdid ta’ socjeta li qabel kollox hi stess temmen fl-individwu, fejn l-individwu, b’mod specjali l-vulnerabbli ghandu jinghata ghajnuna u opportunitajiet sabiex jizviluppa l-kwalitajiet sbieh li ghandu.
Ghaldaqstant il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl issostni l-kliem tal-President li l-habs mhux l-ahjar soluzzjoni ghal min jabbuza mid-droga. Filwaqt li MDD tirrikonoxxi d-diffikultajiet li jezistu sabiex persuni dipendenti fuq droga johorgu mill-vizzju u jibdew hajjithom mill-gdid, taghraf li l-habs mhux il-post fejn dan jista’ jsir. MDD taqbel ukoll li ghandu jsir sforz kollettivminnkulhadd sabiex il-persuni li qeghdin jabbuzaw mid-droga jinghataw ic-cans li jergghu jibdew hajjithom mill-gdid.
Finalment il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl tawgura lill-gradwati l-godda u tixtieq lilhom u l-familji taghhom bidu gdid u ta’ success. MDD toffri wkoll l-ghajnuna taghha biex hi wkoll taghti sehemha fit-tigdid ta’ dawn il-persuni halli ma jibqghux jinhlew aktar hajjiet ta’ zghazagh u adulti imma jkollna socjeta’ aktar umana u b’sahhitha.