PR b’reazzjoni ghal dak li qal Dr Ivan Mifsud

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl thoss li ghandha tikkummenta dwar dak li qal Dr Ivan Mifsud, Chairperson tal-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs bhala reazzjoni ghal ittra miktuba minn-prigunier Olandiz mizmum f’Divizjoni 5 tal-Habs ta’ Kordin.

 

Dr Mifsud beda billi ddeskriva l-habs ta’Maltabhala lussuz meta mqabbel ma’ habsijiet f’pajjizi ohra. Izda Dr Mifsud naqas li jghidilna liema pajjizi huma dawn u ma nafux ipparagunax il-habs ta’Maltama’ wiehed fl-Izvezja jew xi iehor f’Zimbabwe.

 

Dr Mifsud qal li xogholu huwa li jaghmel visti regolari fil-habs u jirraporta lill-ministeru xi problemi li jinqalghu u mhux li jaghti kaz xi ilmenti li lanqas isiru lill-Bord.

 

Kieku jsir hekk lanqas jimporta izda wiehed jiskanta kif waqt il-visti regolari tieghu fil-habs Dr Mifsud  qatt ma nduna li f’Divizjoni 5 numru ta’ prigunieri li ghal xi raguni huma mizmuma izolati mill-ohrajn u m’ghandhomx l-access ghal-kull m’ghandhom il-prigunieri l-ohra. Dawn il-prigunieri huma mhollija jghaddu l-hin f’ghazz li jherri u dan kontra dak li jitolbu r-regolamenti tal-habs fejn jghidu li l-prigunieri ghandhom ikunu mghallma l-impatt tar-reat taghhom fuq is-socjeta’ u mhejjija ghal meta johorgu.

 

Possibbli li fl-ebda wahda mill-visti regolari tieghu qatt ma nzerta filghaxija u hass il-kesha tremenda li hemm fil-habs f’dawn il-granet xitwin u li fil-habs ma hemm l-ebda sistema li ssahhan il-post.

 

Forsi f’xi wahda mill-visti regolari tieghu, Dr Mifsud, seta jinduna li d-dawl artificjali f’Divizjonijiet 2 u 3 huwa tal-aghar livell u jaghmel il-post wiehed dipressiv.

 

Jekk f’xi wahda mill-visti regolari tieghu fil-habs Dr Mifsud mar sa Divizjoni 15 kien jara l-lussu li hemm f’dan il-post li qabel kien hanut tal-mastrudaxxa u li jinsab kwazi taht l-art. Hawn kien jiltaqa’ mal-20 ragel Afrikan mizmuma hemm u li ghall-uzu taghhom hemm docca wahda u toilet wiehed. Forsi kien jinduna wkoll li whud minnhom fil-kesha tax-xitwa kienu lebsin biss flip-flop minghajr peduni. Izda forsi dan mhux xogholu.

 

Fuq din id-divizjoni, waqt wahda mill-visti regolari tieghu Dr Mifsud kien jara l-irgiel zghazagh mizmuma fil-YOURS. Kien jarahom jghaddu l-hin f’kamra minghajr l-ebda tieqa ghal-barra jitlajjaw u jitghazznu. U kieku nzerta waqt l-ikel forsi kien jara numru minnhom jieku bil-qeghda fl-art ghax ghal-numru ta’ gimghat ma kienx hemm bizzejjed siggijiet. Forsi wkoll kien jisma’ l-kumment li smajna ahna li dawk Afrikani u mdorrijin jieklu mal-art.

 

F’Divizjoni 8, f’wahda mill-visti regolari tieghu Dr Mifsud kien ukoll jiltaqa ma prigunieri li jorqdu f’sodod fuq xulxin b’anqasminnzewg piedi spazju bejniethom f’kamra li m’ghanda l-ebda tieqa ghal barra.

 

L-istess kien jara f’divizjonijiet 11 u 13 fejn spazju zghir gie mibdul f’dormitorji b’facilitajiet sanitarji li lanqas huma adegwati ahseb u ara lussuzi.

 

Kieku f’wahda mill-visti regolari tieghu fil-habs inzerta hemm waqt it-tqassim tal-ikel fil-ghaxija kien jara b’ghajnejh x’sistemi ta’ lussu huma uzati u  kif jasal l-ikel ghand il-prigunieri. Dan sintendi minbarra il-kwalita’ tal-ikel innifsu, kemm huwa nutrittiv u kif u meta jkun ippreparat.

 

Tghid f’xi wahda mill-visti regolari tieghu fil-habs Dr Mifsud qatt ma nduna li fil-habs m’hemmx servizz ta’ dentistrija, li l-habs ghal-aktarminnsena kien minghajr psikjatra u li ghalkemm fil-habs ta’ Kordin hemm mizmuma aktarminn500 persuna matul il-lejl ma jkunx hemm tabib ghal li jista’ jinqala’?

 

Dr Mifsud qal li xogholu huwa li jzur il-habs regolarment izda ahna nistghu nghidu b’certezza li l-maggoranza kbira tal-prigunieri u probabilment numru sewwa mill-ufficjali m’humiex kapaci jidentifikawh bhala c-Chairperson tal-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs.

 

Dan nghiduh ghax maghna l-prigunieri jitkellmu u jilmentaw u meta ahna nghidulhom biex iwasslu l-ilment lill-bord ir-risposta dejjem l-istess tkun li dawn qatt ma jersqu l-hemm u hadd ma jaf min huma.

 

Ahna mhux l-ewwel darba li wassalna ilmenti ta’ prigunieri ghand il-bord tal-visitaturi izda jiddipjacina nghidu li kwazi qatt ma inghata sodisfazzjon la lilna u lanqas lill-prigunier ikkoncernat.

 

Qeghdin nghidu dan kollu mhux biex nitfghu xi dell ikrah fuq xi hadd. Ahna nafu x’dedikazzjoni ghandhom il-bicca l-kbira ta’ dawk li jahdmu taht kundizzjonijiet ebsin fil-habs. Qeghdin nghiduh ghax huwa l-verita’ u nhossu li mhux sewwa li jkun hawn min jipprova jaghti stampa differenti.