Konferenza : Il-Ġustizzja: Bżonn ta’ Riforma fil-Proċess Penali.
Fit-18 ta’ Mejju 2012, il-Fondazzjoni Mid-Dlam Għad- Dawl organizzat Konferenza Pubblika fuq it-tema tal-Ġustizzja u r-riforma li hemm bżonn. Fil-laqgħa ġew diskussi temi bħal “Għajnuna Legali”, il-“Bail”, il-priġunieri barranin u jekk teżistix ġustizzja għall-fqir u oħra għas-sinjur. Fil-konferenza ġiet ippreżentata analiżi ta’ kwestjonarju li sar ma’ madwar 120 priġunier arrestat ġewwa l-ħabs. Il-kelliema ewlenin f’din il-konferenza kienu Dr. Stephen Tonna Lowell u Dr Joe Brincat. Ir-rappreżentant min naħa tal-Avukat Ġenerali ma setax jattendi. Il-konferenza kienet suċċess.