REĊIDIVITA’: għaliex ?
Fis-16 t’April 2010, il-Fondazzjoni Mid-Dlam Għad-Dawl organizzat il-konferenza pubblika fuq is-suġġett tar-Reċidivita’. Għal din il-konferenza kien hemm attendenza numeruża u kienu preżenti anke l-ġurnalisti. IL-kelliema f’din il-konferenza kienu s-sur Desmond Zammit Marmara’, Dr Marilyn Clark, Dr Joe Giglio, Ms Marianne Zammit u Dr Charles Cassar. F’din il-konferenza MDD ippreżentat ukoll analiżi ta’ statistika li saret ma’ bosta priġunieri Maltin li daħlu l-ħabs għal aktar minn darba. Sfortunatament, fil-konferenza ħareġ ċar li jidher li m’hemmx sistema uniformi u effettiva’ ta’ riforma għall-priġunieri.