Kawza kontra sentenza tal-Ghomor minghajr Parowl

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat li l-prigunier Tunezin Ben Ali Wahid, fi zmien xahar jitressaq quddiem il-Bord tal-Parowl biex jiddetermina jekk ghandux jinghata l-Parowl, wara li diga skonta 30 sena habs. Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl laqghet bi pjacir din id-decizjoni storika, u kienet strumentali biex Wahid ikun jista’ jiftah din il-kawza.

Wahid, flimkien ma prigunier iehor kienu nstabu hatja li fl-1988 qatlu 4 persuni, fosthom 2 xufiera tat-taxis. Ghaldaqstant inghataw piena ta’ ghomor il-habs li f’Malta litteralment tfisser ghomor. Wara s-sentenza kostituzzjonali, inholoq mekkanizmu li bih, prigunieri li jkunu sentenzjati ghal ghomorhom fil-habs, jistghu japplikaw ghal parowl, wara li jkunu skontaw 30 sena.