LOCKED OUT : FTEHIM BEJN IL-MINISTERU TAL-INTERN, IS-SIGURTA NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIGI U L-FONDAZZJONI MID-DLAM GHAD-DAWL 17/12/20

Diskors tal-Onor. Byron Camilleri

Ftehim

Diskors tac-chairperson ta MDD is sur George Busuttil

Diskors minn Dr Charlie Azzopardi minn IFT Malta

Fis- 17 ta’ Dicembru 2020, il-Ministeru tal-Intern, Sigurta’ Nazzjonali u l-Infurzar tal-Ligi iffirmaw ftehim mal-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl li permezz tieghu, MDD, bil-kollaborazzjoni ta’ IFT Malta (Institute of Family Therapy) se tibda tinghata ghajnuna ta’ terapija professjonali lill-familjari tal-prigunieri u l-familji taghhom. B’dan il-ftehim, il-Ministeru tal-Intern se jkun qed jaghti kważi nofs miljun ewro fi 3 snin lill-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl biex tinghata din l-ghajnuna.

 

Il-progett beda jinhema meta saret ricerka mal familji ta’ min qieghed il habs fl 2016. Din indikat b’mod car hafna li l-familji u t-tfal ta dawk li qed jiskontaw sentenza, jintilfu fis sistema minghajr ma jircievu l-ghajnuna necessarja biex ikampaw u biex jimxu l-quddiem fil hajja. Hafna minn dawn il familji jispiccaw zvantaggati bir riskju li jintilfu fil faqar socjali. Meta persuna mbghad tiskonta s-sentenza u tohrog lura fil hajja ta kuljum issib ma wicca l-ghawg li trid terga tibda kollox mil gdid. Fil-verita’ biex tgħin fir-riabilitazzjoni u r-riforma ta’ dawk li jispiċċaw il-ħabs ma tistax tifred il-problemi tagħhom minn dawk ta’ familthom.

 

Ir-ricerka turi wkoll li għandna numru ta’ familji li wħud minn fosthom ilhom jeħlu sentenzi ta’ priġunerija għal tlieta u erba’ ġenerazzjonijiet. Tfal minn dawn il-familji donnu li bilfors iridu jimitaw lil ta’ qabilhom u jagħmlu dik l-esperjenza.

 

Minn Jannar bdejna noffru sessjonijiet ta’ terapija lil min jinsab f’din is-sitwazzjoni. Dawk kollha li jixtiequ l-ghajnuna biex jibbenefikaw minn dan is-servizz jistghu jikkuntattjaw lil Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl jew lil Institute of Family Therapy. Tistghu ukoll iccemplu fuq 77778001.