Locked Out on Media

Locked Out project, which is managed by MDD with the collaboration of IFT Malta, appeared in various magazines, newspapers and TV shows around the island. Here are some snapshots.

Sigurta’ magazine

Atelier magazine

It-TORCA newspaper

TVAM

Espresso

Inmates 4 ALS

Attivita’ Inmates4ALS

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl thabbar li s-somma migbura b’risq ALS

Malta mill-kuncert li sar fis-27 ta’ Awwissu lahqet il-hmistax il-elf ewro

(15000).

Dan is-success ma kienx ikun possibbli minghajr l-ghajnuna ta’ hafna.

Fost dawn il-Fondazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-Isponsors kollha li

bl-ghajnuna taghhom thallus l-ispejjez kollha; lill-kantanti u muzicisti,

ewlieni fosthom is-Surmast Joe Brown, li offrew is-servizzi taghhom

minghajr hlas; lill-Inspire li minghajr hlas ukoll offrew l-ispazju fejn

seta jsir il-kuncert u lill-media kollha specjalment lill-istazzjonijiet

tat-televizjoni li xandru minghajr hlas il-kuncert.

Grazzji specali tmur lis-Sur Paul De Battista, direttur tal-Facilita’

Korrettiva u lill-ufficjali kollha li mhux biss ghenu biex dan il-kuncert

ikun success imam ghamluh ukoll taghhom.

Fl-ahhar, izda zgur mhux lanqas, il-Fondazzjoni tirringrazzja lill-grupp

ta’ residenti li hadmu ghal-gimghat shah ghal dan is-success.

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tawhura li dawn il-flus migbura jghinu

biex tkompli l-glieda kontra l-marda tal-ALS bit-tama li tinstab kura ma

ddumx.

George Busuttil

Chairperson Mid-Dlam Ghad-Dawl

10 t’Awwissu: Gurnata dedikata ghall-Gustizzja mal-Prigunieri

Xi pajjizi madwar id-dinja jzommu l-10 ta’ Awwissu bhala l-gurnata tal-“Gustizzja ghall-Prigunieri”. F’dan il-jum prigunieri f’dawn il-pajjizi b’diversi modi juru solidarjeta’ ma’ dawk il-prigunieri li qeghdin ibatu minn kull forma ta’ ingustizzja fil-konfront taghhom.

 

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tinghaqad maghhom u tfakkar li il-prigunieri mizmuma fil-habs ta’ Malta ukoll ibatu minn nuqqasijiet u nuqqas ta’ gustizzja fil-konfront taghhom bhal:

* Processi fil-qorti li ma jibdewx u jintemmu fi zmien ragonevoli.

* Rapprezentanza minn avukati tal-ghajnuna legali ta’ livell li jista’ jkun hafna ahjar.

* Celel li m’humhiex tajbin biex fihom jinzammu n-nies.

* In-nuqqas ta’ medicini lil min huwa car li ma jistax jixtrihom.

 

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tinnota li ghalkemm jidher li hemm rieda li l-problemi tal-habs ikunu solvuti hemm problemi, bhal uhud minn dawn li semmejna, li jistghu jigu solvuti mill-lum ghal ghada.

Impjieg ta’ Persuni li kienu l-Habs.

Kif nistghu nippretendu li min johrog mill-habs jaqbad it-triq it-tajba jekk is-socjeta’, anke wara diversi snin, tibqa’ taghtihom bil-harta?

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl tinnota il-battibekki li saru fil-Parlament dan l-ahhar dwar zewg persuni li snin ilu servew sentenza ta’ habs u li issa gew impjegati mal-Protezzjoni Civili. B’dispjacir ninnotaw li fil-Parlament u anke fis-socjeta’ ghad fadal min ghalih l-izball m’ghandu jintesa’ qatt u li persuna ghandha tibqa tbati l-konsegwenzi tal-izball hajjitha kollha. Ikun inutli li fil-habs ikollna l-aqwa sistemi ta’ riabilitazzjoni jekk wara li persuna tohrog minn hemm tibqa’ bit-timbru ghal dejjem. Ghalkemm il-qrati jikkundannaw persuni ghal terminu ta’ prigunerija fil-fatt qed jigri li kemm dawk li johorgu mill-habs kif ukoll il-familji taghhom igorru l-kundanna u l-istigma ghal ghomorhom.

Mid-Dlam Ghad-Dawl thoss li huwa pozittiv li dawn il-persuni inghataw cans biex fil-harsien tal-ligi jaqilghu l-ghixien taghhom u tal-familji taghhom kif ghandu dritt jaghmel kulhadd.

Mid-Dlam ghad-Dawl tappella lill-Gvern biex ma jibqax ikecci mill-impjieg persuni li jkunu servew sentenza ta’ habs. Jew l-impjieg ta’ dawn iz-zewg persuni mal-Protezzjoni Civili ifisser bidla minn kif dejjem sar sa issa. Ghax kif nistghu nippretendu li l-entitajiet privati jimpjegaw maghhom lil min hareg mill-habs jekk il-Gvern dan ma jaghmlux? Dan jghodd ukoll ghal awtoritajiet bhal Transport Malta li tirrifjuta li tohrog licenzji ghal sewqan ta’ vetturi li jgorru l-passiggieri lil dawk li xi darba kienu l-habs.

Ghax taf minn liema problemi jghaddu dawk li johorgu mill-habs u l-familji taghhom, il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl tappella biex dawn ma jizzeffnux f’nofs agendi politici.

Report on the White Paper regarding Drug Reform.

MDD Foundation published the report on the White Paper Regarding Drug Reform. The Report was prepared by Dr. Matthew Muscat for MDD.

white paper report

White Paper dwar Riforma tal-Ligijiet Dwar id-Drogi tal-Abbuz

L-ewwel reazzjoni tal-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl ghall-White Paper dwar Riforma tal-Ligijiet Dwar id-Drogi tal-Abbuz hija wahda pozittiva.

Il-Fondazzjoni tinnota l-emfazi ta’ din il-white paper li tghid li m’ghandniex nibqghu nikkastigaw nies dipendenti fuq id-droga izda ghandna nghinuhom biex ikollhom trattament ahjar.

Kif inhu mistenni, l-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fil-granet li gejjin se tkun qeghda tistudja aktar fil-fond din il-White Paper u tghaddi l-kummenti u s-suggerimenti taghha lill-Ministeru tal-Gustizzja

Jum l-Omm fil-Habs

Din is-sena ghall-ewwel darba il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl iccelebrat Jum l-Omm fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Bil-permess tal-awtoritajiet tal-habs il-prigunieri nisa ommijiet qattghu ftit sighat ma wliedhom zghar fil-playroom tal-Facilita’. Kienet atmosfera mil-isbah b’loghob, cajt u xi ftit hlewwiet ukoll.

Ghal din l-okkazzjoni il-Fondazzjomi Mid-Dlam ghad-Dawl stiednet lill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca li attendiet u kellha kliem ta’ kuragg ghal-kull persuna li kienet prezenti. It-tfal ukoll apprezzaw il-prezenza taghha u spiccat mghannqa ma’ hafna minnhom. Kienu mistednin ukoll is-Sinjura Muscat, mart il-Prim Ministru, iss-Sinjura Mallia mart il-Ministru tal-Intern u s-Sinjura Azzopardi mart il-kelliem ewlieni tal-Oppozizzjoni dwar l-Intern. Sfortunatament is-Sinjuri nMuscat u Mallia ma setghux jattendu ghax kienu msiefrin. Is-Sinjura Azzopardi attendiet flimkien ma’ Dr Azzopardi  u wara li tkeellmu ma’ dawk prezenti  wrew l-apprezzament taghhom ghall-hidma ta’Mid-Dlam ghad-Dawl.

Persuna ghadha arrestata

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl jiddispjaciha li minkejja li l-qorti

sabet li priġunier inkissrulu d-drittijiet tiegħu meta nżamm arrestat il-ħabs

għal aktar minn 4 snin u minkejja li l-imħallef iddikkjara li dan

il-priġunier għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest mingħajr il-bżonn ta’

depożitu ta’ flus, dan l-istess priġunier għadu l-ħabs aktar minn gimgħa

wara li ingħatat din is-sentenza.

Mid-Dlam għad-Dawl tħeġġeġ lil min hu responsabbli fil-qorti biex mill-aktar

fis isiru l-proċeduri li hemm bzonn ħalli dan ir-raġel ma jibqax il-ħabs

bla bżonn.

 

 

George Busuttil

Chairperson

Mid-Dlam għad-Dawl Foundation

10, Triq Matty Grima

Bormla BML1161

Malta

Tel. (+356)9946 3324

Mewt fil-Habs…

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tixtieq turi soghba ghall-mewt ta’ Joseph Camilleri li grat illum, wara li hassu hazin il-habs. Tixtieq ukoll twassal il-kondoljanzi taghha lill-qraba tieghu kollha.
Minbarra dan theggeg lill-awtoritajiet biex jaraw li kull inkjesta’ li tista’ tinfetah fuq dan il-kaz tkun mitmuma fi zmien ragjonevoli u li r-rizultat ikun ippubblikat. Dan ghandu jghodd ukoll ghal kull inkjesta’ ohra, li nfethet wara li gara xi haga fil-habs, u ghal xi raguni ghadha ma nghalqitx.
B’hekk biss nistghu, bhala poplu, nserrhu rasna li fil-habs l-affarijiet qeghdin isiru bis-serjeta’.
Grazzi hafna
George Busuttil
Chairperson
Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl.