Impjieg ta’ Persuni li kienu l-Habs.

Kif nistghu nippretendu li min johrog mill-habs jaqbad it-triq it-tajba jekk is-socjeta’, anke wara diversi snin, tibqa’ taghtihom bil-harta?

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl tinnota il-battibekki li saru fil-Parlament dan l-ahhar dwar zewg persuni li snin ilu servew sentenza ta’ habs u li issa gew impjegati mal-Protezzjoni Civili. B’dispjacir ninnotaw li fil-Parlament u anke fis-socjeta’ ghad fadal min ghalih l-izball m’ghandu jintesa’ qatt u li persuna ghandha tibqa tbati l-konsegwenzi tal-izball hajjitha kollha. Ikun inutli li fil-habs ikollna l-aqwa sistemi ta’ riabilitazzjoni jekk wara li persuna tohrog minn hemm tibqa’ bit-timbru ghal dejjem. Ghalkemm il-qrati jikkundannaw persuni ghal terminu ta’ prigunerija fil-fatt qed jigri li kemm dawk li johorgu mill-habs kif ukoll il-familji taghhom igorru l-kundanna u l-istigma ghal ghomorhom.

Mid-Dlam Ghad-Dawl thoss li huwa pozittiv li dawn il-persuni inghataw cans biex fil-harsien tal-ligi jaqilghu l-ghixien taghhom u tal-familji taghhom kif ghandu dritt jaghmel kulhadd.

Mid-Dlam ghad-Dawl tappella lill-Gvern biex ma jibqax ikecci mill-impjieg persuni li jkunu servew sentenza ta’ habs. Jew l-impjieg ta’ dawn iz-zewg persuni mal-Protezzjoni Civili ifisser bidla minn kif dejjem sar sa issa. Ghax kif nistghu nippretendu li l-entitajiet privati jimpjegaw maghhom lil min hareg mill-habs jekk il-Gvern dan ma jaghmlux? Dan jghodd ukoll ghal awtoritajiet bhal Transport Malta li tirrifjuta li tohrog licenzji ghal sewqan ta’ vetturi li jgorru l-passiggieri lil dawk li xi darba kienu l-habs.

Ghax taf minn liema problemi jghaddu dawk li johorgu mill-habs u l-familji taghhom, il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl tappella biex dawn ma jizzeffnux f’nofs agendi politici.