Persuna ghadha arrestata

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl jiddispjaciha li minkejja li l-qorti

sabet li priġunier inkissrulu d-drittijiet tiegħu meta nżamm arrestat il-ħabs

għal aktar minn 4 snin u minkejja li l-imħallef iddikkjara li dan

il-priġunier għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest mingħajr il-bżonn ta’

depożitu ta’ flus, dan l-istess priġunier għadu l-ħabs aktar minn gimgħa

wara li ingħatat din is-sentenza.

Mid-Dlam għad-Dawl tħeġġeġ lil min hu responsabbli fil-qorti biex mill-aktar

fis isiru l-proċeduri li hemm bzonn ħalli dan ir-raġel ma jibqax il-ħabs

bla bżonn.

 

 

George Busuttil

Chairperson

Mid-Dlam għad-Dawl Foundation

10, Triq Matty Grima

Bormla BML1161

Malta

Tel. (+356)9946 3324