Dramm QAWMIEN
Mit-Tnejn 10 t’April sas-Sibt 15 t’April, saret rapprezentazzjoni drammatika bl-isem “Qawmien” gewwa l-Habs. Id-direzzjoni, il-kitba u r-rectar sar mir-residenti tal-habs, bil-partecipazzjoni ta’ kantanti u muzicisti li gew minn barra fosthom Christabel Scerri, Sebastian Calleja, Lorna Fiorini u Maria Buttigieg Brooks. Mid-Dawl Ghad-Dawl tat sehem kbir biex din ir-rapprezentazzjoni, li tghaqqad dak li gara fuq il-Golgota, mar-realta’ iebsa tal-habs, tal-uzura, tat-tbatija tal-familji u l-verita’ tal-helsien u l-qawmien, tkun tista’ ssir. MDD tixtieq tirringrazzja wkoll lill-amministrazzjoni tal-Facilita’ Korretiva ta’ Kordin, ghal ghajnuna u l-koperazzjoni.
L-ewwel rapprezentazzjoni saret quddiem l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, il-Ministru tal-Intern, Carmelo Abela u l-amministrazzjoni tal-habs. Fil-granet l-ohra, attendew numru kbir ta’ persuni, li lkoll baqghu impressjonati bil-messagg, bir-rectar u bil-produzzjoni kollha.
Il-President kellha kliem ta tifhir lejn ix-xoghol ta’ MDD u ghal inizjattivi bhal dawn. Ara l-link : https://president.gov.mt/press-centre-statement/il-president-izzur-l-facilita-korrettiva-ta-kordin-waqt-r-rapprezentazzjoni-tad-dramm-qawmien/