Life Skills Project
Wara hidma kontinwa ta’ aktar minn hmistax -il sena mal-pigunieri, eks-prigunieri u l-familji taghhom il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl (MDD) thoss li wasal iz-zmien li taghmel pass iehor ‘il quddiem u timbarka fuq hidma ta’ prevenzjoni li ghandha tghin lil dawk li qeghdin pass boghod milli jidhlu l-habs sabiex jibqghu ma jitilfux il-liberta’. Ghal dan il-ghan hsibna li norganizzaw sensiela ta’ tahrig fil-hiliet bazici tal-hajjja ghal persuni li l-qrati poggew taht probation.
MDD fasslet programm ta’ tahrig li, intlaqa’ tajjeb mid-Dipartiment tal-Probation Services, u qed toffrih lil numru ta’ persuni li l-qrati poggithom taht probation. Kemm jista’ jkun qed jintghazlu ghal dan it-tahrig, dawk il-persuni li ghalkemm instabu hatja ta’ reat kriminali u tpoggew taht probation ghadhom qatt ma marru l-habs. Ir-raguni ghal dan hija biex kemm jista’ jkun il kondotta taghhom tibqa’ nadifa u biex ma jesperjenzawx il-hajja fil-habs li hafna drabi tkun aktar ta’ dannu milli ta’ gid.
It-tahrig qed jinghata minn persuna li ghandha esperjenza ta’ hafna snin torganizza tahrig simili f’habsijiet fl-Ingilterra. Is-suggetti diskussi huma varji u jinkludu: kommunikazzjoni, assertivita’, ksur tal-ligi, hiliet bzonnjuzi biex wiehed ifittex u jsib ix-xoghol , tehid ta’ decizjonijiet, u kif wiehed ihossu tajjeb mieghu nnifsu.
It-tahrig huwa ta’ 125 siegha mifruxin fuq numru ta’ gimghat u se jkun ufficjalment rikonoxxut b’ Accreditation Level One.
Huwa il -hsieb tghana li f’sena wahda inzommu bejn erba’ u hames programmi ta’ tahrig b’massimu ta’ 15-il persuna kull darba u ghalhekk f’sena inkunu qeghdin nilhqu 75 persuna.