Att Dwar il-Gustizzja Riparatrici
Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tilqa’ bil-ferh il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-ligi li se tintroduci s-sistema tal-Parole f’Malta. Mid-Dlam ghad-Dawl kienet ilha li bdiet tahdem fuq dan minn bosta snin ilu ghax minn dejjem fhimna li l-Parole ghandha tkun ta’ gid ghas-sistema penali ta’ Malta.
Minkejja dan irridu nghidu li bhala Fondazzjoni ma naqblux ma’ xi whud mill-proposti bhal, fost l-ohrajn, l-eskluzjoni tal-parole fil-kaz ta’ prigunieri barranin akkuzati b’reati in konnessjoni mal-immigrazzjoni u dawk li qeghdin iservu sentenza ta’ ghomor il-habs. Inhossu li l-eskluzjoni ta’ dawn il-prigunieri milli jippartecipaw f’din is-sistema gdida hija ngusta. Fil-jiem li gejjin se nkunu qeghdin nipproponu t-tibdiliet li nhossu li jistghu itejjbu dak li diga huwa propost.