Att Dwar il-Gustizzja Riparattrici
Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tilqa’ bil-ferh il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-ligi
li se tintroduci s-sistema tal-Parole f’Malta. Mid-Dlam ghad-Dawl kienet ilha li bdiet
tahdem fuq dan minn bosta snin ilu ghax minn dejjem fhimna li l-Parole ghandha tkun
ta’ gid ghas-sistema penali ta’ Malta. Minkejja dan irridu nghidu li bhala Fondazzjoni
ma naqblux ma’ xi whud mill-proposti bhal, fost l-ohrajn, l-eskluzjoni tal-parole fil-kaz
ta’ prigunieri barranin akkuzati b’reati in konnessjoni mal-immigrazzjoni u dawk li
qeghdin iservu sentenza ta’ ghomor il-habs. Inhossu li l-eskluzjoni ta’ dawn
il-prigunieri milli jippartecipaw f’din is-sistema gdida hija ngusta. Fil-jiem
li gejjin se nkunu qeghdin nipproponu t-tibdiliet li nhossu li jistghu itejjbu
dak li diga huwa propost.