PR dwar l-Att tar-registrazzjoni ghall-protezzjoni tal-minuri

Konxji mill-fatt li huwa ta’ importanza kbira li t-tfal ikunu protetti, il-Fondazzjoni

Mid-Dlam ghad-Dawl tilqa’ l-proposti li hemm fil-ligi fl-Att tal-2010 dwar registrazzjoni

ghall-protezzjoni tal-minuri li ghadha kemm giet ipprezentata quddiem il-Parlament.

Madankollu Mid-Dlam ghad-Dawl temmen li l-ligi ghandha tapplika biss minn dak il-jum li

fih tigi fis-sehh u m’ghandhix taffettwa kazijiet li sa dak in-nhar ikunu sub judice.

Dan biex ma tippregudikax id-drittijiet tal-akkuzat kif inhuma imnizzlin fil-ligijiet li ghandna llum.

Huwa maghruf li hafna reati kontra t-tfal isiru minn membru jew xi hadd qrib il-familja, ghalhekk

Mid-Dlam ghad-Dawl tittama li din il-ligi u dan ir-registru ma jnisslux fin-nies sens ta’ sigurta’ falza

ghax jahsbu li issa dawk kollha li jwettqu dawn it-tipi ta’ reati huma maghrufin mill-awtoritajiet.