Press Release fuq l-Edukazzjoni fil-Habs

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl tiddeplora l-agir tat-tmexxija tal-habs li ddecidiet li tnaqqas it-taghlim fil-habs bin-nofs minhabba nuqqas ta’ flus. Wara l-hafna programmi u lezzjonijiet f’diversi suggetti li kienu mweghda lill-prigunieri kmieni din il-gimgha, l-ghalliema tal-habs gew mgharrfa permezz ta’ SMS li l-lezzjonijiet kienu se jonqsu bin-nofs.

Mid-Dlam ghad-Dawl thoss li dan huwa zball ghax se jnaqqas bil-kbir it-tama li numru ta’ prigunieri jkollhom access ghal taghlim li forsi qatt qabel ma kellhom. Dan inaqqsilhom ukoll bil-kbir, it-tama li meta johorgu mill-habs ikunu jistghu jsibu xoghol u jintegraw ruhhom fis-socjeta.

Ahna nhossu li jekk kellha ssir xi forma ta’ ekonomija din kella ssir fuq affarijiet ohra.

Wisq nibzghu li attitudni bhal din tikkonfermalna dak li dejjem hsibna jigifieri li l-edukazzjoni u r-rijabilitazzjoni tal-habsin mhux veru huma priorita’ fil-habs.