Laqgha mall-President

Nhar il-Gimgha 2 ta’ Mejju l-ghaqda taghna flimkien mal-Fondazzjoni RISE konna mistednin ghand il-President tar-Repubblika, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca. F’din il-laqgha, li damet madwar siegha, gew diskussi diversi temi f’rabta mas-sistema gudizzjarja u mal-habs, fosthom il-parowl, id-dewmien tal-kawzi, l-iffullar fil-habs, il-gwardjani u r-riabilitazzjoni. Issemmew xi sforzi pozittivi bhal persuni li qed jahdmu barra l-habs u l-kors tal-hjata fil-”female”.

Fil-laqgha sar riceviment zghir u waqt li konna offruti kafe’ jew te’ stajna nibqghu niddiskutu u nitkellmu mall-President. Is-Sinjura Coleiro Preca sostniet l-appogg taghha ghall-kawza taghna u offriet li taghtina l-ghajnuna u s-”support” mehtieg.

Niehdu l-okkazzjoni biex nirringrazzjaw lill-President tal-laqgha sabiha li tatna u nawgurawla zmien u hidma mill-isbah.