Jien u Int

Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl, together with IFT Malta and with the support of the
Ministry of Home Affairs, Security, Reforms and Equality, the Ministry for Justice and the
initiative Skema Solidarjeta mal-Vittmi tad-Droga, worked to create an engaging space,
outside of prison, where children and their incarcerated parents can converse, play together
and partake in activities to strengthen their relationships. This gives parents, who are
currently incarcerated the chance to continue parenting their children, while also allowing
the kids to maintain their childhood experiences. Hopefully this project will strengthen
family ties which are essential for fostering the kind of supportive relationship that benefits
the entire family as well as society.

MFCS and MDD social agreement

Fl- 1 t’Ottubru, il-Fondazzjoni MDD iffirmat ftehim ghal 3 snin mal-Ministeru ghas-Solidarjeta’, il-Gustizzja Socjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, li permezz tieghu, MDD se tinghata madwar 50,000 biex tkompli tmexxi l-homeless shelters li jesghu 5 persuni li jkunu hargu mill-habs u m’ghandhomx fejn joqoghdu. Il-ftehim gie ffirmat minn Mr Mark Musu, segretarju permanenti fil Ministeru, ic-chairperson Mr George Busuttil, u s-CEO tal-FSWS, is sur Alfred Grixti. Fid-diskors tal-Onr. Ministru Dr Michael Falzon, spikka l-kliem, ” Nemmen illi kulħadd jixraqlu t-tieni cans, u li jerġa’ jesperjenza karriera u anke familja. L-eħfef ħaġa hija li niġġudikaw u ma nagħmlu xejn, minflok qed nestendu idejna biex ngħinu. Iridu nuru li verament nemmnu fl-inklużjoni soċjali. “

LOCKED OUT project

Poster

 

A PROFESSIONAL SYSTEMATIC FAMILY THERAPY SERVICE FOR FAMILIES AND CHILDREN OF INCARCERATED PERSONS, PROVIDED BY FONDAZZJONI MID-DLAM GHAD-DAWL WITH THE PROFESSIONAL COLLABORATION OF THE INSTITUTE OF FAMILY THERAPY MALTA. THE SERVICE IS FREE OF CHARGE THANKS TO THE MINISTRY OF HOME AFFAIRS AND NATIONAL SECURITY.

First Shelter

L-Ewwel Kenn
First Shelter

In collaboration with the Lands Department, the Housing Department and the Housing Authority, Mid-Dlam ghad-Dawl has embarked on this project to offer the possibility of a small temporary residence to prisoners completing their term of sentence and leaving the prisons without any place to live.

TERMS OF REFERENCE

Aims

The temporary shelter is available to prisoners who:

Have absolutely no other possibility of a temporary residence available inMalta;
Have already filed an application for alternative residence with the Housing Department; and
Are ready to abide strictly with the conditions imposed by Mid-Dlam ghad-Dawl.
From the first intake in 2010, a total of 10 persons used this service.

Life Skills Project

Wara hidma kontinwa ta’ aktar minn hmistax -il sena mal-pigunieri, eks-prigunieri u l-familji taghhom il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl (MDD) thoss li wasal iz-zmien li taghmel pass iehor ‘il quddiem u timbarka fuq hidma ta’ prevenzjoni li ghandha tghin lil dawk li qeghdin pass boghod milli jidhlu l-habs sabiex jibqghu ma jitilfux il-liberta’. Ghal dan il-ghan hsibna li norganizzaw sensiela ta’ tahrig fil-hiliet bazici tal-hajjja ghal persuni li l-qrati poggew taht probation.

MDD fasslet programm ta’ tahrig li, intlaqa’ tajjeb mid-Dipartiment tal-Probation Services, u qed toffrih lil numru ta’ persuni li l-qrati poggithom taht probation. Kemm jista’ jkun qed jintghazlu ghal dan it-tahrig, dawk il-persuni li ghalkemm instabu hatja ta’ reat kriminali u tpoggew taht probation ghadhom qatt ma marru l-habs. Ir-raguni ghal dan hija biex kemm jista’ jkun il kondotta taghhom tibqa’ nadifa u biex ma jesperjenzawx il-hajja fil-habs li hafna drabi tkun aktar ta’ dannu milli ta’ gid.

It-tahrig qed jinghata minn persuna li ghandha esperjenza ta’ hafna snin torganizza tahrig simili f’habsijiet fl-Ingilterra. Is-suggetti diskussi huma varji u jinkludu: kommunikazzjoni, assertivita’, ksur tal-ligi, hiliet bzonnjuzi biex wiehed ifittex u jsib ix-xoghol , tehid ta’ decizjonijiet, u kif wiehed ihossu tajjeb mieghu nnifsu.

It-tahrig huwa ta’ 125 siegha mifruxin fuq numru ta’ gimghat u se jkun ufficjalment rikonoxxut b’ Accreditation Level One.

Huwa il -hsieb tghana li f’sena wahda inzommu bejn erba’ u hames programmi ta’ tahrig b’massimu ta’ 15-il persuna kull darba u ghalhekk f’sena inkunu qeghdin nilhqu 75 persuna.

Social Services

Bi ftehim mad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Għad-Dawl qed tlesti d-dokumenti meħtieġa tal-priġunieri li jkunu wasslu biex itemmu s-sentenza tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja fl-ewwel ġranet kif joħorġu mill-ħabs. Qabel dan il-ftehim, l-eks priġunieri kienu jridu jistennew madwar sitt ġimgħat biex jibdew jirċievu l-għajnuna.

Ma Nichdek Qatt

‘ Ma Nichdek Qatt’ Dramm organizzat minn MDD flimkien mal-Facilita’ Korretiva ta’ Kordin. Dan id-Dramm gie mtella’ mill-prigunieri flimkien ma kantanti u atturi minn barra l-habs. L-istorja kienet titratta fuq sitwazzjoni li xi kultant isibu ruhhom il-prigunieri u l-familji taghhom. Id-Dramm rawh il fuq minn elf persuna fosthom il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro , il-Ministru Dr. Michael Farrugia u Shadow Minister Dr. Beppe Fenech Adami.

Konferenza f’Gheluq l-20 sena ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl.

 

Is-Sibt 18 t’April il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fakkret l-20 sena servizz fil-Habs permezz ta ta’ Konferenza li saret fil-Kappella Russa, il-Palazz ta’ Sant Anton.

Il-Konferenza  saret bl-ghajnuna tal-President ta’ Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, li gentilment offritilna l-post u ghalqet il-konferenza b’indirizz li fih fahhret il-hidma tal-NGO’s fil-habs, b’mod specjalment tal-ghaqda MDD.

F’ din il-konferenza, miftuha b’ indirizz mic-Chairperson tal-Fondazzjoni Mr. George Busuttil,  MDD prezentat ukoll studju fuq il-kors ” Bahaviour and Skills Managment”  li sar ma madwar 24 resident fil-habs ta’ Kordin bejn Settembru u Dicembru 2014 . Tkellmu fuq dan il-progett Ms.Roberta Holland, psikologa tal-Habs u Ms.Tanya Caruana, il-kordinatrici  tal-progett. Tkellmu ukoll it-”tutors” li hadmu mar-residenti :  Mr Ray Cacciattolo ( Yoga) ; Mr.  Mark Lewis ( Physical  Training ) ; Ms Fleur Bianco (Psychology ) u Mr Narcy Calamatta (Drama). Fil-kors hadu sehem ukoll Mr Fabio Spiteri (Physical Training) u Ms Josette Ciappara (Motivational Talks). Kull min attenda ghall-konferenza  inghata ktieb bl-istudju tal-kors.

Fil-konferenza tkellem ukoll il-Ministru tal-Intern Dr. Carmelo Abela u s-Shadow Minister  Dr Beppe Fenech Adami li fahhru il-hidma ta’ MDD u tal-NGO’s. Tkellmu ukoll 2 residenti li  hadu sehem fil-kors, residenta barranija u eks-prigunier Mr. Etienne Carter. Id-diskors tal-okkazjoni sar minn Patri Mark Montebello, Direttur ghal zmien twil ta’ MDD li sahaq fuq l-umanita’ li jahdmu biha l-NGO’s u li l-Habs ghandu ikun qabel kollox ” Post terapewtiku”.

Prezenti ghail-konferenza kien hemm id-direttur tal-Habs Simon Buttigieg, l-Assistent Direttur Mariella Camilleri, voluntiera u diversi hbieb ta’ MDD.

Il-konferenzza li bdiet fid-9:30 u ntemmet fis-13:00 ghalqet b’ riceviment fil-gnien ta’ hdejn il-Kappella Russa.

Sensiela ta’ tahdidiet minn MDD

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl, fl-okkazzjoni tal-20 sena mit-twaqqif
taghha (1995 – 2015) qed torganizza sensiela ta’ 8 tahdidiet bit-tema
“IL-LIGI, IL-QORTI U L-HABS.” Dawn se jsiru minn kelliema differenti fuq
temi ta’ ligi penali, qorti u l-habs. Il-laqghat huma miftuha ghal
pubbliku u jibdew fis-6.30pm fil-bini tal-GRTU, Triq ir-Repubblika,
il-Belt Valletta. L-attendenza hi minghajr hlas.
Il-laqghat bdew il-gimgha 9 ta’ Jannar u se jibqghu sejrin kull nhar ta’ Gimgha sas-6 ta’
Marzu. Il-laqghat se jsiru bil-Malti u jdumu madwar siegha. Il-laqghat se jsiru b’din l-ordni:
Laqgha 1: Fr Mark Montebello O.P. Ir-Riformi tal-Gustizzja tal-2013
Laqgha 2: Meinrad Calleja Kastig u Gustizzja : Drittijiet u Obbligi tal-Media. Harsa lejn il-Passat
Laqgha 3: Marietta Lanzon u Ivan Sultana Il-ligijiet tal-Parole u tal-Probation
Laqgha 4: Dr Roberta Holland Il-Psikologija u l-Habs
Laqgha 5: Dr Franco Debono Mill-Arrest sas-Sentenza: Il-Proceduri Kriminali.