Welcome to our Website

Welcome to our new website! The purpose of this site is to better inform you about our organisation whose main aim is to help prisoners and their families undergo the prison experience with more dignity and self-esteem.


Latest Entries

  • Press Release: Impjieg ta’ Persuni li kienu l-Habs.

    Kif nistghu nippretendu li min johrog mill-habs jaqbad it-triq it-tajba jekk is-socjeta’, anke wara diversi snin, tibqa’ taghtihom bil-harta? Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl tinnota il-battibekki li saru fil-Parlament dan l-ahhar dwar zewg persuni li snin ilu servew sentenza ta’ habs u li issa gew impjegati mal-Protezzjoni Civili. B’dispjacir ninnotaw li fil-Parlament u anke fis-socjeta’ ghad fadal min ghalih l-izball m’ghandu jintesa’ qatt u li persuna ghandha tibqa tbati l-konsegwenzi tal-izball hajjitha kollha. Ikun inutli li fil-habs ikollna l-aqwa sistemi ta’ riabilitazzjoni jekk wara li persuna tohrog minn hemm tibqa’ bit-timbru ghal dejjem. Ghalkemm il-qrati jikkundannaw persuni ghal terminu ta’ prigunerija fil-fatt qed jigri li kemm dawk li johorgu mill-habs kif ukoll il-familji taghhom igorru l-kundanna u l-istigma ghal ghomorhom. Mid-Dlam Ghad-Dawl thoss li huwa pozittiv li dawn il-persuni inghataw cans biex fil-harsien tal-ligi jaqilghu l-ghixien taghhom u tal-familji taghhom kif ghandu dritt jaghmel kulhadd. Mid-Dlam ghad-Dawl tappella lill-Gvern biex ma jibqax ikecci mill-impjieg persuni li jkunu servew sentenza ta’ habs. Jew l-impjieg ta’ dawn iz-zewg persuni mal-Protezzjoni Civili ifisser bidla minn kif dejjem sar sa issa. Ghax kif nistghu nippretendu li l-entitajiet privati jimpjegaw maghhom lil min hareg mill-habs jekk il-Gvern dan ma jaghmlux? Dan jghodd ukoll ghal awtoritajiet bhal Transport Malta li tirrifjuta li tohrog licenzji ghal sewqan ta’ vetturi li jgorru l-passiggieri lil dawk li xi darba kienu l-habs. Ghax taf minn liema problemi jghaddu dawk li johorgu mill-habs u l-familji taghhom, il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl tappella biex dawn ma jizzeffnux f’nofs agendi politici.

  • Platform ghall-Ghaqdiet fil-Habs :

    Nhar it-Tlieta 12 t’Awwissu, l-ghaqdiet li jahdmu mal-habsin fil-habs, i.e. Mid-Dlam Ghad-Dlam,  Prison Fellowship u RISE kienu mistiedna ghand il-President [...]

  • White Paper dwar Riforma tal-Ligijiet Dwar id-Drogi tal-Abbuz

    L-ewwel reazzjoni tal-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl ghall-White Paper dwar Riforma tal-Ligijiet Dwar id-Drogi tal-Abbuz hija wahda pozittiva. Il-Fondazzjoni tinnota l-emfazi ta’ din il-white paper li tghid li m’ghandniex nibqghu nikkastigaw nies dipendenti fuq id-droga izda ghandna nghinuhom biex ikollhom trattament ahjar. Kif inhu mistenni, l-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fil-granet li gejjin se tkun qeghda tistudja aktar fil-fond din il-White Paper u tghaddi l-kummenti u s-suggerimenti taghha lill-Ministeru tal-Gustizzja

  • Jum l-Omm fil-Habs

      Din is-sena ghall-ewwel darba il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl iccelebrat Jum l-Omm fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Bil-permess tal-awtoritajiet tal-habs il-prigunieri nisa ommijiet qattghu ftit sighat ma wliedhom zghar fil-playroom tal-Facilita’. Kienet atmosfera mil-isbah b’loghob, cajt u xi ftit hlewwiet ukoll. Ghal din l-okkazzjoni il-Fondazzjomi Mid-Dlam ghad-Dawl stiednet lill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca li attendiet u kellha kliem ta’ kuragg ghal-kull persuna li kienet prezenti. It-tfal ukoll apprezzaw il-prezenza taghha u spiccat mghannqa ma’ hafna minnhom. Kienu mistednin ukoll is-Sinjura Muscat, mart il-Prim Ministru, iss-Sinjura Mallia mart il-Ministru tal-Intern u s-Sinjura Azzopardi mart il-kelliem ewlieni tal-Oppozizzjoni dwar l-Intern. Sfortunatament is-Sinjuri nMuscat u Mallia ma setghux jattendu ghax kienu msiefrin. Is-Sinjura Azzopardi attendiet flimkien ma’ Dr Azzopardi  u wara li tkeellmu ma’ dawk prezenti  wrew l-apprezzament taghhom ghall-hidma ta’Mid-Dlam ghad-Dawl.

  • Laqgha mall-President

      Nhar il-Gimgha 2 ta’ Mejju l-ghaqda taghna flimkien mal-Fondazzjoni RISE konna mistednin ghand il-President tar-Repubblika, is-Sinjura Marie Louise Coleiro [...]

  • Zjara tal-Ministru Mallia

    Nhar il-Gimgha 6 ta’ Dicembru ghamel zjara lill-MDD il-Ministru tal-Intern Dr Manuel Mallia fejn gew diskussi materji li jikkoncernaw il-habs [...]