Ghotja lil MDD

Nhar il-Hamis 18 ta’ Novembru 2015, ic-Chairperson Mr Goerge Busuttil attenda ghal cerimonja fejn l-Onor. Dr. Helena Dalli, Ministru ghad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili, ipprezentat cekk lil MDD bhala parti minn ftehim li sar bejn MDD u l-Ministeru. Nirringrazzjaw lill-Ministru Dr. Helena Dalli tal-ghajnuna finanzjarja li tatna.

Studju Dwar il-Familji tal-Prigunieri mill-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl.

Is-Sibt 7 u l-Hadd 8 ta’ Novembru, voluntiera ta’ MDD iltaqghu ma familjari ta’ prigunieri li kienu dehlin ghall vizta gewwa l-habs. Fost affarijiet ohra kelliminihom fuq studju li MDD se taghmel fuq l-effett tal-habs fuq il-familjari tal-prigunieri, specjalment iz-zghazagh u t-tfal, studju li se jkun l-ewwel wiehed tat-tip tieghu go Malta. Numru sabih ta’ 45 familja accettaw li jiehdu sehem f’din ir-ricerka . Grazzi lill-familjari tal-prigunieri ta’ l-ghajnuna taghhom.

Annual General Meeting 2015

Fis-27 ta’ Ottubru 2015 sar l-Annual General Meeting ta’ MDD gewwa l-ufficju taghna f’Bormla. Tajna harsa lejn l-affarijiet li graw is-sena l-ohra u ddiskutejna proposti ghas-sena d-diehla. F’dan l-AGM gew approvati 6 membri godda fl-ghaqda u Mr Matthew Agius gie mahtur bhala ‘Deputy Chairperson’ gdid. L-ghaqda tixtieq tirringrazzja lil Mrs Charlene Zarb li ghal dawn l-ahhar 3 snin kienet ‘Deputy Chairperson’. Gew approvati ukoll l-’accounts’ tas-sena li ghaddiet.

Fl-ahhar tal-laqgha ghalaqna billi l-Membri kollha morna nieklu f’restaurant vicin.

Konferenza f’Gheluq l-20 sena ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl.

 

Is-Sibt 18 t’April il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fakkret l-20 sena servizz fil-Habs permezz ta ta’ Konferenza li saret fil-Kappella Russa, il-Palazz ta’ Sant Anton.

Il-Konferenza  saret bl-ghajnuna tal-President ta’ Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, li gentilment offritilna l-post u ghalqet il-konferenza b’indirizz li fih fahhret il-hidma tal-NGO’s fil-habs, b’mod specjalment tal-ghaqda MDD.

F’ din il-konferenza, miftuha b’ indirizz mic-Chairperson tal-Fondazzjoni Mr. George Busuttil,  MDD prezentat ukoll studju fuq il-kors ” Bahaviour and Skills Managment”  li sar ma madwar 24 resident fil-habs ta’ Kordin bejn Settembru u Dicembru 2014 . Tkellmu fuq dan il-progett Ms.Roberta Holland, psikologa tal-Habs u Ms.Tanya Caruana, il-kordinatrici  tal-progett. Tkellmu ukoll it-”tutors” li hadmu mar-residenti :  Mr Ray Cacciattolo ( Yoga) ; Mr.  Mark Lewis ( Physical  Training ) ; Ms Fleur Bianco (Psychology ) u Mr Narcy Calamatta (Drama). Fil-kors hadu sehem ukoll Mr Fabio Spiteri (Physical Training) u Ms Josette Ciappara (Motivational Talks). Kull min attenda ghall-konferenza  inghata ktieb bl-istudju tal-kors.

Fil-konferenza tkellem ukoll il-Ministru tal-Intern Dr. Carmelo Abela u s-Shadow Minister  Dr Beppe Fenech Adami li fahhru il-hidma ta’ MDD u tal-NGO’s. Tkellmu ukoll 2 residenti li  hadu sehem fil-kors, residenta barranija u eks-prigunier Mr. Etienne Carter. Id-diskors tal-okkazjoni sar minn Patri Mark Montebello, Direttur ghal zmien twil ta’ MDD li sahaq fuq l-umanita’ li jahdmu biha l-NGO’s u li l-Habs ghandu ikun qabel kollox ” Post terapewtiku”.

Prezenti ghail-konferenza kien hemm id-direttur tal-Habs Simon Buttigieg, l-Assistent Direttur Mariella Camilleri, voluntiera u diversi hbieb ta’ MDD.

Il-konferenzza li bdiet fid-9:30 u ntemmet fis-13:00 ghalqet b’ riceviment fil-gnien ta’ hdejn il-Kappella Russa.

Parties Milied 2014

Bhas-snin ta’ qabel, din is-sena MDD hadet hsieb torganizza l-party tal-habs gewwa l-YOURS li sar l-Intahleb it-Tlieta 6 ta’ Jannar u l-party tal-Female li sar gewwa l-Female Division il-Hamis 8 ta’ Jannar. Ta’ min jghid li z-zewg parties intlaqghu tajjeb hafna mir-residenti. Ringrazzjament specjali jmur ghal Daniel u Sander ta’ DANUSAN u ghal Hooligan u Janvil li animaw il-party tan-nisa. Ringrazzjament imur ukoll ghall-amministrazzjoni tal-habs li harget il-permessi biex dawn il-parties isiru.

Sensiela ta’ tahdidiet minn MDD

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl, fl-okkazzjoni tal-20 sena mit-twaqqif
taghha (1995 – 2015) qed torganizza sensiela ta’ 8 tahdidiet bit-tema
“IL-LIGI, IL-QORTI U L-HABS.” Dawn se jsiru minn kelliema differenti fuq
temi ta’ ligi penali, qorti u l-habs. Il-laqghat huma miftuha ghal
pubbliku u jibdew fis-6.30pm fil-bini tal-GRTU, Triq ir-Repubblika,
il-Belt Valletta. L-attendenza hi minghajr hlas.
Il-laqghat bdew il-gimgha 9 ta’ Jannar u se jibqghu sejrin kull nhar ta’ Gimgha sas-6 ta’
Marzu. Il-laqghat se jsiru bil-Malti u jdumu madwar siegha. Il-laqghat se jsiru b’din l-ordni:
Laqgha 1: Fr Mark Montebello O.P. Ir-Riformi tal-Gustizzja tal-2013
Laqgha 2: Meinrad Calleja Kastig u Gustizzja : Drittijiet u Obbligi tal-Media. Harsa lejn il-Passat
Laqgha 3: Marietta Lanzon u Ivan Sultana Il-ligijiet tal-Parole u tal-Probation
Laqgha 4: Dr Roberta Holland Il-Psikologija u l-Habs
Laqgha 5: Dr Franco Debono Mill-Arrest sas-Sentenza: Il-Proceduri Kriminali.